Day Center

Il-Kunsill Lokali Ta' Kercem jippartecipa ukoll fl-inizjattiva li ttiehdet bejn diversi Kunsilli Lokali Ghawdxin, il-Kurja u l-Ministeru ghal Ghawdex fil-progett tac-Centru ta' matul il-jum ghall-Anzjani. Huma bosta l-anzjani Kercmin li qed jippartecipaw kull gimgha f'dan ic-centru. L-anzjani jsibu dan ic-centru ta' zfog ghalihom u anke permezz tieghu nholqu hbiberiji godda bejn anzjani minn diversi partijiet t'Ghawdex.
Gbir ta' Skart

Hinijiet tal-Gbir:
Nhar ta' Tnejn, l-Erbgha, il-Gimgha u s-Sibt jingabar l-iskart domestiku fit-8am.
Nhar ta' Tlieta jingabar l-iskart riciklat fil-borza l-griza. L-iskart riciklat ghandu jinkludi plastic, karti u laned fit-8am. Importanti li l-iskart riciklat ikun mahsul u nadif. (Ir-residenti huma mhegga sabiex ma' jinharigx skart barra aktar minn siegha qabel ma' jingabar).
Servizz ta' Kenniesa

Il-Kunsill joffri wkoll servizz ta' Kenniesa li jduru t-toroq tar-rahal. Dan is-servizz jinghata matul in-nofs ta' nhar ta' filghodu mit-Tnejn sal-Gimgha.
Servizz ta' Gbir ta' Skart goff

Ir-residenti ghandhom imorru jew icemplu l-Kunsill sabiex tittiehed nota ta' l-iskart goff u l-Kunsill jibghat lill-Kuntrattur sabiex jigi jigbor l-iskart minn darhom b'xejn.
Servizz ta' Open Skips

Il-Kunsill Lokali joffri ukoll Servizz ta' Open Skips kull nhar ta' Sibt bejn 12.00 u l-17.00. Dawn ikunu fi Pjazza Orvieto u fi Pjazza Santa Lucija. Is-servizz jinghata b'xejn u jistghu juzawh ir-residenti ta' Kercem u Santa Lucija biss.
Health Clinic

Post:
"Peter Paul Grech School", Pjazza Orvieto, Ta' Kercem
Hinijiet:
Mit-Tnejn sal-Gimgha fid-9.30am
Ghassa tal-Pulizija

Post:
Pjazza Orvieto,
Ta' Kercem
Telephone: 21 556171
Liberija Pubbliku

Il-Librerija "Dr. Anton Calleja" tinsab fil-bini tal-Kunsill Lokali, magenb l-ufficcju tal-Kunsill u tkun miftuha kull nhar ta' Gimgha bejn is-14.30 u s-18.30.
Sub Ufficcju tal-Maltapost

Bejgh ta' bolli, registrar ta' ittri, hlasijiet ta' kontijiet u servizz postali ohrajn. Il-posta tkun miftuha waqt il-hinijiet tal-ufficcju tal-Kunsill.
Kien fil-bidu tat-tielet legizlatura tal-Kunsill Lokali Kercem (ghall-ahhar tas-sena 2001), meta s-Sindku Joe Grima wera x-xewqa li nibdew infittxu lokalita' barranija sabiex maghha nilhqu ftehim li jwassal ghal Gemellagg bejn iz-zewg lokalitajiet. L-idea originali kienet li nfittxu belt jew rahal fl-Italja li ghandu rabta ma' wiehed mill-qaddisin patruni tar-rahal taghna, San Girgor. Saru diversi tentattivi, izda kollha bla success.

Is-Sindku ghamel kuntatt ma' zewg sacerdoti Kercmin, Dun Reuben Micallef u Dun Roberto Gauci, li kienu jaghmlu l-istudji taghhom f'Ruma. Wara xi zmien, huma kienu hargu bl-idea li navvicinaw lil Comune tal-Belt ta' Orvieto, belt fil-provincja ta' Terni fir-regjun ta' l-Umbrija.
Is-Sindku ghamel l-ewwel kuntatt mas-Sindku ta' din il-belt permezz tal-posta elettronika, li fiha wera x-xewqa tal-Kunsill. Ftit wara, nircievu l-ewwel ittra minn Orvieto li fiha s-Sindku Stefano Cimicchi stieden lis-Sindku Joe Grima ghal zjara fil-belt ta' Orvieto. Is-Sindku laqa' din l-istedina, u ghamel zjara privata fl-Italja fi Frar 2002. F'Ruma ltaqa' ma' Dun Reuben u Dun Roberto u wara li kien sar appuntament mal-Comune di Orvieto, saret l-ewwel laqgha fil-Palazz Komunali ta' Orvieto. Il-laqgha tmexxiet mill-Vici Sindku tal-belt, Sandro Mocio. Wara, d-delegazzjoni minn Kercem iltaqghet mas-Sindku Stefano Cimicchi. Fiz-zewg laqghat li saru ntweriet ix-xewqa tal-Kunsill Lokali Kercem li jsir Gemellagg bejn iz-zewg lokalitajiet.

Aktar tard f'April 2002, is-Sindku Cimicchi ghamel l-ewwel zjara tieghu f'Kercem. Waqt din iz-zjara ta' gimgha huwa kellu l-opportunita' li jmiss b'idejh il-qalb kbira tal-poplu Kercmi. Fil-fatt, kif jistqarr huwa stess, is-Sindku rabat qalbu mal-lokalita' taghna.

Imbghad saret zjara privata ohra mis-segretarju tal-Kunsill Carmelo Grima flimkien mal-familja tieghu f'Orvieto f'Awissu 2002. Din kompliet issahhah ir-relazzjoni bejn iz-zewg nahat.

Il-kuntatti komplew jissahhu f'Novembru 2002, meta l-Kunsillier tal-Comune di Orvieto Sandro Gulino, attenda ghal Konferenza dwar il-Gemellaggi li saret f'Ghawdex. Waqt iz-zjara tieghu huwa wkoll kellu l-opportunita' li jzur il-lokalita' taghna u jorbot qalbu ma' gziritna.

Is-sena 2003 hija s-sena li rat il-holma tal-Kunsill issir realta'. Fi Frar 2003, delegazzjoni tal-Kunsill iffurmata mis-Sindku Joe Grima, l-Vici Sindku Peter Sciberras, il-Kunsillier Raymond Azzopardi u s-Segretarju Carmelo Grima, kienu f'Orvieto u hemmekk gie ffirmat il-Patt ta' Hbiberija bejn iz-zewg Kunsilli. F'dan il-Patt, huma ntrabtu li z-zewg nahat ikomplu jahdmu ghal aktar koperazzjoni fejn jidhlu kultura, sport, biedja, edukazzjoni u kummerc. Nistghu nghidu li f'din iz-zjara qasira li saret f'Orvieto, d-delegazzjoni kienet milqugha u trattata tajjeb hafna.

Minn dak iz-zmien sa' Lulju 2003, il-Kunsill kiseb l-approvazzjoni tal-Gvern Malti sabiex dan il-Gemellagg isehh. Applikajna wkoll ghal fondi mill-Unjoni Ewropeja u anke f'dan il-kaz it-talba taghna giet milqugha.

Ic-cerimonja ufficjali ta' l-iffirmar f'Kercem saret nhar il-Hamis, 10 ta' Lulju 2003 u ghalija attenda l-President tal-Comune ta' Orvieto Signor Evasio Gialletti flimkien mal-banda Luigi Mancinelli u delegazzjoni minn Orvieto. Kienu prezenti wkoll il-President tal-Kamra tar-Rapprezentanti l-Onor. Anton Tabone, il-Ministru tal-Gustizzja u Intern Dr. Tonio Borg, il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono, il-Kappillan il-Kan. Dun Frangisk Debrincat, rapprezentanti ta' l-ghaqdiet kollha tar-rahal, flimkien ma' folla kbira ta' residenti li assistew ghal programm mill-isbah. Ippartecipat ukoll il-Banda San Girgor. F'din ic-cerimonja minbarra l-iffirmar tal-Gemellagg, saret ukoll id-devoluzzjoni ta' l-art li fuqha ser jinbena c-centru komunali ta' Kercem, tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kercem Ajax FC, kif ukoll inhataw l-Unur "Gieh Kercem" lill-armla tal-mikbi Joseph Micallef (li miet f'incident waqt xoghol volontarju fil-Knisja Parrokkjali ta' Kercem fi Frar 2003), u lil Michelaneglo Grech (wiehed mill-fundaturi tal-Kercem Ajax). Inghatat ukoll l-isem ta' Pjazza Orvieto lil lokal fejn saret ic-cerimonja, filwaqt li nkixfet irhama kommemorattiva li fakkret dan il-Gemellagg.

Il-festeggjamenti fl-okkazjoni ta' dan il-Gemellagg gew fi tmiemhom f'Dicembru 2003. Grupp ta' 130 minn Kercem tela l-Italja ghal din l-okkazjoni. Il-grupp kien immexxi mis-Sindku u l-Kunsilliera u prezenti kien hemm ukoll il-Kappillan ta' Kercem u l-Banda San Girgor. Il-mawra bdiet it-Tnejn 1 ta' Dicembru 2003, il-grupp halla Malta b'titijira charter ta' l-Air Malta lejn Fiumicino. F'Orvieto gejna alloggjati f'zewg Hotels magenb xulxin. Wara nofs in-nhar tat-Tnejn, il-grupp attenda ghal quddiesa fid-Duomo meastuz ta' Orvieto u wara kellna l-opportunita' li nduru dawra mac-centru storiku ta' din il-belt. Fis-7.00pm saret il-merhba ufficjali fis-Sala tal-Comune. Din giet trasmessa fuq it-televizjoni. Wara l-grupp kollu kien mistieden ghal Gala Dinner fir-ristorant Portonaccio.

Il-gurnata tat-Tlieta, kienet dominata minn Konferenza li trattat it-tema ta' l-Ekonomija Lokali fil-konfront tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Kienu diversi l-interventi li saru waqt din il-konferenza, fosthom taz-zewg Sindki ta' Kercem u Orvieto. Fl-istess hin li kienet ghaddejja l-konferenza, l-kumplament tal-grupp setghu isegwu gita gwidata ma' tlett postijiet importanti tal-belt, fosthom id-Duomo, il-Pozzo di San Patrizio u l-Museo Faina. Wara l-ikel, il-grupp ittiehed f'Castel Viscardo, fil-vicinanzi ta' Orvieto. L-ewwel waqfa kienet f'fabbrika li timmanifattura l-bricks. Wara nghatajna merhba ufficjali fil-bini tal-Comune mis-Sindku Marcello Tomassini. Aktar tard il-Banda San Girgor daqqet marci brijuzi mat-toroq ewlenin ta' Castel Viscardo. L-attivita' ntemmet b'riceviment fis-sala tal-Comune. Lura f'Orvieto, il-grupp ittiehed fit-teatru prestiggjuz "Mancinelli". Hemmekk sar kuncert kbir miz-zewg baned, San Girgor u Mancinelli. Il-Banda San Girgor harget bl-unuri kollha minn dan il-kuncert li ser jibqa mnizzel b'ittri tad-deheb fl-istorja taghha. Fi tmiem il-kuncert sar bdil ta' rigali.

L-Erbgha kienet gurnata ohra memorabbli ghal grupp. Filghodu tlaqna lejn Ruma, fejn assistejna ghall-udjenza generali tal-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu ll. Din saret fis-Sala Nervi tal-Vatikan. Wara l-grupp kellu l-opportunita' li jzur il-Bazilika ta' San Pietru, il-qabar u l-artal ta' San Girgor, il-koppla u l-inhawi tal-vakikan fosthom Kastell Sant'Anglu u t-Tevere. Wara nofs in-nhar morna f'San Gregorio Al Celio, qrib il-Kolossew. Dan huwa l-monasteru fejn kien jghix il-Papa San Girgor. Hemmekk giet ikkoncelebrata quddiesa mill-Kappillan u wara l-grupp kellu x-xorti kbira li jqim ir-relikwa Insinji ta' San Girgor il-Kbir. Fil-ghaxija rritornajna Orvieto.

Il-gurnata tal-Hamis, 4 ta' Dicembru kienet il-gurnata li fiha gie ssigillat il-Gemellagg bejn iz-zewg lokalitajiet. Il-festa bdiet b'marci popolari mill-Banda San Girgor mat-toroq ta' Orvieto u fil-11.30am saret ic-cerimonja ufficjali fis-Sala tal-Comune. Saru diskorsi mis-Sindki Stefano Cimicchi u Joe Grima u anke l-Vici Ambaxxatur Malti f'Ruma Joe Izzo Clarke. Fl-istess cerimonja tal-Gemellagg, is-Sindku Joe Grima gie moghti c-Cittadinanza Onorarja tal-Belt ta' Orvieto. Sar ukoll bdil ta' rigali. Ic-cerimonja ntemmet fil-gnien tal-Comune bil-thawwil ta' sigra tal-Balluta (Quercia), li tissimbolizza lil Kercem. Hawnekk ukoll hadet sehem il-Banda San Girgor. Wara l-ikel kulhadd inghata l-opportunita' li jaghmel shopping mill-hafna hwienet sbieh ta' din il-belt. F'temp sabieh kif kien tul il-granet kollha li domna fl-Italja, il-Gimgha tlaqna lejn Firenze. Wara vjagg ta' saghtejn wasalna f'din il-belt mimlija hajja u monumenti. Hemmekk kellna nofs ta' nhar li fih rajna d-Duomo u l-Battistero ta' Firenze, ix-xmara Arno bil-famuz Ponte Vecchio, Piazza Signoria u l-muzewijiet taghha u anke pjazez u monumenti ohra - fosthom il-famuza statwa ta' David. Minn Firenze wkoll il-grupp kellu l-opportunita' ta' shopping mill-mijiet ta' hwienet ta' din il-belt. Fil-ghaxija tlaqna lejn Todi, belt zghira izda sabiha qrib ta' Perugia. Hemmekk inghatajna l-lukanda taghna u anke l-ikla ta' filghaxija.

Is-Sibt ghaddejnieh f'Todi. Il-grupp setgha jgawdi veduti mill-isbah ta' din il-belt zghira izda affaxinanti. Min hemmekk, tlaqna lejn l-ajruport ta' Fiumicino, fejn qbadna t-titjira ta' l-Air Malta li telqet fis-7.00pm. Mill-ajruport ta' Malta gejna trasferiti lejn Ghawdex mal-vapur tal-10.15pm.

Din kienet l-esperjenza tal-grupp minn Kercem f'Orvieto bejn it-Tnejn 1 u s-Sibt 6 ta' Dicembru 2003. Esperjenza li ma' tintesiex malajr.

Illum ir-rahal taghna jista' jkun kburi li rnexxielu jasal ghal dan il-Gemellagg ma' din il-belt sabieha, storika u famuza ta' Orvieto. Konvinti li b'dan il-Gemellagg, isem Kercem taghna ghollejnieh f'post aktar prominenti kif jixraqlu.

Frar 2002 - Is-Sindku ta' Kercem Joe Grima milqugh fil-Comune di Orvieto

Is-Sindku Stefano Cimicchi flimkien mal-Kunsill Lokali Kercem waqt u wara l-laqgha li saret fl-ufficcju tal-Kunsill taghna nhar it-Tlieta 2 ta' April 2002.

Iffirmar tal-Gemellagg, Kercem-Orvieto. Il-Hamis 10 ta' Lulju 2003

Iffirmar tal-Gemellagg, Orvieto-Kercem. Il-Hamis 4 ta' Dicembru 03